Żgħażagħ mixlija b’serq jingħataw il-ħelsien mill-arrest

Tliet żgħażagħ ingħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu u garanzija personali wara li kienu akkużati b’sensiela ta’ hold-ups.
Huma nstabu mixlija li fit-2 ta’ Marzu serqu minn ħanut tal-merċa f’San Ġwann.
Filwaqt li wħud minnhom kienu akkużati wkoll li serqu ‘mobile cards’, li żammew tliet persuni kontra l-volonta tagħhom, li kkommettew żewġ serqiet minn ħwienet fil-Gżira, li wettqu ‘hold-up’ fuq banka tal-lottu f’San Ġwann u li serqu pjanċi tar-reġistrazzjoni minn karozzi ipparkjati f’San Ġwann u l-Imrieħel.