Żgħażagħ Maltin u barranin jwettqu xogħol fir-riservi naturali

Aktar minn 80 żagħżugħ u żagħżugħa, Maltin u barranin, ingħaqdu flimkien biex itejbu r-riservi naturali ta’ BirdLife Malta bħala parti mill-kampanja ambjentali “Action for Nature.”
Dan il-proġett kif mifrux fuq medda ta’ 20 xahar u se jiġi fi tmiemu matul dan ix-xahar.
L-iskambju finali tal-proġett li sar dan ix-xahar kien mifrux fuq ġimgħa u jsegwi żewġ skambji li sartu matul l-2016.
Matul dawn il-perjodi, sar xogħol fil-Foresta 2000 u fir-Riserva Naturali tas-Simar b’kollaborazzjoni ma’ għaqdiet lokali tal-iscoits bħat-Tarxien Venture Scouts u d-Dingli Venture Scoits kif ukoll mal-organizzazzjoni Ungeriża Békéscaba KIE.
Fost dawn ix-xogħlijiet, iż-żgħażagħ ħolqu klassi fil-beraħ fis-Simar biex tintuża minn BirdLife Malta waqt żjajr mill-iskejjel u attivitajiet oħra li se jsiru.
Huma attendew ukoll numru ta’ workshops fejn iffukaw fuq oqsma bħat-teamwork, kommunikazzjoni, koperazzjoni u l-public speaking.
Dan apparti l-open day organizzata fir-riserva tax-Xemxija.
L-iskambju kien iffinanzjat mill-programm Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea.