Żgħażagħ jispiċċaw il-Qorti fuq allegat serq mill-prostituzzjoni

Fil-Qorti bdiet il-kumpilazzjoni ta’ Steve Galea ta’ 21 sena, Lineker David Micallef ta’ 26 sena u Ellie Briffa ta’ 20 sena li jinsabu mixlija li ppruvaw jisirqu raġel f’Ta Xbiex.

Dan ir-raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti spjega l-każ li jmur lura fit-13 ta’ Awwissu.

Huwa qal li kien Ta’ Xbiex u daħlet tfajla fil-karozza tiegħu u talbitu l-flus.

Kien hawn li saq minn fuq il-post u aktar tard waqaf post qrib fejn daħlu fil-vettura Galea u Micallef li talbuh il-flus u telqu.

It-tfajla ammettiet kollox fil-Qorti u qalet li Steve Galea kien l-għarus tagħha, iżda kien jabbużaha.