​Żgħażagħ jingħaqdu biex jegħlbu l-isfidi

Erba’ gruppi ta’ żgħażagħ li qed jesperjenzaw diversi sfidi f’ħajjithom, ħadu sehem fil-proġett Fastforward, immexxi miż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika.
Bil-parteċipazzjoni tagħhom fil-workshops, iż-żgħażagħ, immexxija minn youth workers, saru aktar konxji dwar kif jikkomunikaw u jsolvu l-problemi mal-oħrajn.
L-għan tal-proġett, li tnieda f’din is-sena skolastika, hu li ż-żgħażagħ isaħħu l-identitajiet tagħhom, jiżviluppaw aktar il-ħiliet personali u jintegraw aktar fil-komunitajiet.
Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mal-Malta Community Chest Fund.
Aktar informazzjoni fuq il-paġna Fastforward by ŻAK fuq Facebook jew www.zakmalta.org.