L-abbuż tad-droga diskuss fil-live-in tal-KNŻ

Ġie fi tmiemu l-live-in annwali organizzat mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, fejn ħadu sehem numru ta’ parteċipanti tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ li se jsir f’Settembru.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ wieħed mill-partċipanti, żagħżugħ ta’ 14-il sena minn Ħal Balzan, li qal li l-live-in jgħin lill-parteċipanti tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ isiru jafu aħjar lil xulxin.
Huma kellhom ukoll l-opportunità jiltaqgħu mal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u mal-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Joe Cassar, li għinuhom jibnu iktar ir-reżoluzzjoni tagħhom.
Qal kif il-workshops organizzati fil-live-in għinuhom jitgħallmu iktar dwar temi li jolqtu liż-żgħażagħ, fosthom it-turiżmu, il-Commonwealth u ż-żgħażagħ, il-burokrazija, l-abbuż tad-droga, u l-ambjent u l-klima.
Barra minn hekk, sostna li għinhom ukoll jissoċjalizzaw ma’ xulxin sabiex flimkien jilħqu kompromess fuq numru ta’ punti.

Temm jgħid li għalih din hi esperjenza li mhux se jinsa u qal li permezz tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ hu qed jittamma li s-sistema edukattiva f’Malta tkompli timxi dejjem iktar ‘il quddiem.