Żgħażagħ jgħidu tagħhom u jitgħallmu jitkellmu fil-pubbliku

Żgħażagħ ta’ bejn is-16 u 19-il sena jistgħu jgħidu tagħhom dwar kwistjonijiet Ewropej fil-konferenza tal-Aġenżija Żgħażagħ fl-edizzjoni Maltija tal-Mudell tal-Parlament Ewropew.

Fost it-temi diskussi hemm l-inġustizzji fiskali, online piracy, vot onlajn, il-konkorrenza żgħażugħa għall-elezzjonijiet ewropej, l-integrazzjoni militari Ewropea, kif ukoll opportunitajiet indaqs għan-nisa fuq il-post tax-xogħol.

Il-konferenza se tinkludi wkoll taħriġ dwar taħdit fil-pubbliku.