Żgħażagħ imħeġġa jibdlu l-istil ta’ ħajja permezz tal-Judo

60 parteċipant u 13-il leader minn 8 pajjiżi Ewropej żaru Malta għat-tieni proġett iffinanzjat mill-UE organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Judo (IJF) u l-European Judo Union (EJU) fir-residenza tal-Università f'Ħal Lija.
Il-parteċipanti li ħadu sehem apparti dawk Maltin ġew mill-Belġju, l-Finlandja, l-Estonja, l-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja u r-Rumanija.
L-iskambju "Bidla fil-ħajja permezz tal-isports" (Change 4 life through sports) kien proġett ta' mobilità Erasmus+ Żgħażagħ imwaqqaf mill-Unjoni Ewropea għaż-żgħażagħ fl-oqsma tal-edukazzjoni, taħriġ u sport għall-perjodu 2014-2020.
Change 4 life through sports kien proġett li jippromwovi stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa permezz ta' attivitajiet fiżiċi inkluż l-isport, l-għarfien dwar l-obeżità u l-inklużjoni soċjali hekk kif l-isport in ġenerali huwa rikonoxxut bħala strument effettiv għall-progress soċjali u r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti.
Il-proġett kien ukoll miftuħ għall-komunità lokali fejn 6 membri mill-Mosta Youth Empowerment Centre (MYEC) issieħbu f'din l-avventura.
L-MYEC ħadet ukoll l-opportunità biex 10 żgħażagħ oħra ħadu sehem fl-isports day tal-proġett, fejn kellhom l-opportunità li jippruvaw sports varji, b'uħud minnhom qatt ma kienu ppruvaw qabel, inkluż il-Judo.