Żgħażagħ Franċiżi jammettu li wettqu ħsarat fuq erba’ vetturi

Żewġ studenti Franċiżi ta’ 21 sena ingħataw il-libertà bil-kundizzjoni li ma jwettqux reat ieħor fi żmien tliet snin wara li fil-Qorti ammettew li vvandalizzaw erba’ vetturi.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu fis-Swieqi, meta ż-żgħażagħ għamlu ħsarat fuq dawn il-vetturi li kienu pparkjati fi Triq is-Sidra.
Fil-Qorti huma qalu li kienu qed jimxu lejn residenza tagħhom fi Triq il-Qasam fl-istess lokalità meta kienu fis-sakra.
Fid-deċiżjoni, l-Qorti kkunsidrat li ż-żgħażagħ kienu diġa ħallsu €1,087 għall-ħsarat li wettqu.