Bejn is-16 u t-18-il sena: 2 minn kull 5 ma jivvutawx għall-kunsilli

Kważi tnejn minn kull ħames żgħażagħ bejn is-16 u t-18-il sena ma vvutawx fl-aħħar round t’elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone.
L-istatistika ippubblikata fil-Parlament turi li ż-żgħażagħ f’din il-faxxa ta’ età li vvutaw kienu 62.3% jew madwar 5.3% anqas mill-popolazzjoni inġenerali.
Lokalitajiet Għawdxin raw l-ogħla rata ta’ interess fost iż-żgħażagħ. Il-Qala kellha l-ogħla rata – kważi 96% li effettivament tittraduċi f’47 votant minn 49 li ħarġu jivvutaw. Din il-lokalità kienet segwita mill-Munxar (91.9%), San Lawrenz (91.7%), Kerċem (88.2%), Xagħra (58%), in-Nadur (80%) u Għajnsielem (76.7%). Ironikament kienet ukoll lokalità Għawdija, dik taż-Żebbuġl li uriet l-anqas rata ta’ interess b’32.6%.
Il-lokalità Maltija li kellha l-ogħla rata ta’ votanti bejn is-16 u t-18-il sena kienet dik ta’ Marsaxlokk li klassifikat fid-disa’ post b’75.6%.