Żewġt itfal iweġġgħu f’inċident tat-traffiku

Ambulanza-emergenza
Miguela Xuereb

Żewġt itfal żgħar spiċċaw l-Isptar Mater Dei il-Ħamis wara nofsinhar meta ntlaqtu minn karozza waqt li kienu qed jaqsmu triq in-Naxxar.

Kelliem għall-Korp tal-Pulizija kkonferma li t-tfal – tifla ta’ 3 snin u tifel ta’ 5 – m’humiex fil-periklu tal-mewt, għalkemm in-natura tal-ġrieħi tagħhom għadha mhux ikkonfermata.

It-tfal kienu qed jaqsmu Triq il-Parroċċa madwar it-2.40pm meta nlaqtu minn Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 57 sena mill-Imsida.

It-triq kienet pjuttost traffikuża meta seħħ l-inċident, u l-karozzi b’hekk kienu mexjin bil-mod.