Żewġt itfal l-isptar wara ħabta f’Tal-Barrani

Żewġt itfal, wieħed ta’ ħames snin u l-ieħor ta’ sitt snin, ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara ħabta li seħħet bejn żewġ karozzi.

Kelliem għall-pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq tal-Barrani, Iż-Żejtun.

Fl-inċident kienu involuti mara ta’ 48 sena residenti Tas-Sliema. Fil-karozza magħha kien hemm ġuvni ta’ 18-il sena u tifel ta’ 5 snin. Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Għaxaq u miegħu kellu tifel ta’ sitt snin.

Il-kundizzjoni tat-tfal għadha pendenti.