“Żewġt itfal” jisirqu kelb; jirritornawh l-għada

Tifel bil-kelb tiegħu Golden, mar sal-bandli tal-Fgura, hekk kif “żewġt itfal” serqulu l-kelb. Però, huma rritornawh lill-familja tiegħu għall-ħabta tal-4.30pm illum.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-każ seħħ għall-ħabta tas-6.30pm tal-bieraħ, hekk kif it-tifel kien il-bandli mal-kelb tiegħu Golden. Omm it-tifel spjegat kif “żewġt itfal” oħra avviċinaw it-tifel u serqulu l-kelb. Il-kelliem ikkonferma li dawn kienu minorenni.

Minkejja dan, jidher li l-kelb ġie ritornat lura d-dar, hekk kif l-omm tellgħet ritratt fuq Facebook. Hi rringrazzjat lil kull min għen, u irringrazzjat ukoll lil dawk li serquh għax għallinqas irritornawh lura.

AQRA: Tinstab Bella l-kelba l-mitlufa