Żewġt itfal jinstabu msakkra f’karozza

Għal ħabta tal-ħdax tal-bieraħ filgħaxija, il-pulizija tal-Qawra ġew infurmati li żewġt itfal kienu msakkra f’karozza fi Triq il-Ħatab f’San Pawl il-Baħar.
Malli waslu fuq il-post, il-pulizija nnutaw li t-tfal imsakkra ma bdewx jiċċaqalqu.
Meta l-ġenituri ma nstabux, il-pulizija ddeċidew li jkissru l-ħġieġ tal-karozza sabiex ikunu jistgħu joħorġu t-tfal.
Ambulanza ssejħet fuq il-post u ħadet it-tfal l-Isptar Mater Dei għal kura. Fortunatament it-tfal ma sofrew mill-ebda ġrieħi.
Intant Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-ġenituri nstabu ftit tal-ħin wara u se jkunu mressqa l-Qorti fil-jiem li ġejjin.