Żewġt irġiel iweġġgħu f’inċident fl-Imsida

Raġel qed isofri ġrieħi gravi u żagħżugħ ġrieħi ħfief wara inċident ta’ traffiku li seħħ għall-ħabta ta’ nofsilejl fl-Imsida.
Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm ħabta bejn mutur u karozza fi Triq Dun Karm.
Malli wasslu fuq il-post irriżulta li s-sewwieq tal-mutur u l-passiġġier tiegħu weġġgħu meta ħabtu ma’ vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħ’Attard.
Is-sewwieq, Taljan ta’ 44 sena u l-passiġġier ta’ 20 sena, ttieħdu minnufih Mater Dei.