Żewġt irġiel gravi wara argument f’Birkirkara

Żewġt irġiel qed isofri ġrieħi gravi wara li ġew fl-idejn f’Birkirkara.
Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tas-7:15pm li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha fi Triq Dom Mauro Inguanez .
Jidher li wieħed mill-irġiel, residenti Birkirkara, weġġa’ wara li r-raġel l-ieħor, residenti l-Qrendi, tah daqqiet ta’ oġġett iebes.
Iż-żewġt irġiel għandhom 45 sena.
Huwa ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.