Żewġt irġiel arrestati għax daħlu fuq il-bejta tal-fkieren

Miguela Xuereb

Read in English.

Żewġt irġiel ġew arrestati wara li daħlu fiż-żona fejn hemm il-bejta tal-fkieren fil-bajja tal-Għadira.

Kelliem għall-Pulizija qal li r-rapport daħal għandhom għall-ħabta tal-4pm. Huwa spjega li ż-żewġt irħiel kisru r-regoli u baqgħu deħlin fiż-żona li bħalissa hija magħluqa permezz ta’ xibka. Jidher li l-bajd tal-fkieren għadhom intatti hekk kif ma rifsux fuq il-ħofra eżatt.

L-irġiel ġew arrestati mill-Pulizija tal-RIU.

F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt, Vincent Attard minn Nature Trust Malta qal li huma xxukjati bl-aġir taż-żewġt irġiel u kkundanna dak li għamlu. Huwa rringrazzja lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), lill-Pulizija u lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għall-azzjoni immedjata li ħadu.

Din is-sena fl-Għadira hemm żewġ bejtiet differenti, bl-ewwel fekruna daħlet fil-bajja u biedet f’Lulju u t-tieni waħda f’Awwissu aktar kmieni dan ix-xahar.