Żewġt irġiel akkużati b’stupru

Aktar kmieni llum wara nofsinhar, il-pulizija resqet taħt arrest lil Abdiraman Ahmed Abukar u lil Liban Hussein Mohamud, it-tnejn ta’ 26 sena. Iż-żewġt irġiel mis-Somalja, residenti l-Furjana, ġew akkużati li kkommettew stupru vjolenti fuq mara Taljana nhar il-25 ta’ Marzu kmieni filgħodu. Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom, u għaldaqstant intbagħtu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.