Żewġt irġiel akkużati li serqu trakk antik

Żewġ persuni ngħataw il-liberta’ proviżorja wara li kienu akkużati li serqu trakk antik tat-tip Bedford biex ibigħuh għall-metall. Huma ngħataw il-libertà fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000 kull wieħed.
Iż-żewġ akkużati, James Azzopardi minn Ħal Qormi u Jurgen Gatt minn Ħaż-Żebbuġ wieġbu mhux ħatja tal-akkużi kontrihom.
Il-pulizija sabu t-trakk f’biċċiet tal-metall wara li kien inbigħ lil scrap yard għal madwar €1,000.