Żewġt ifkieren oħra mill-ġdid fil-baħar

Żewġt ifkieren reġgħu nħelsu fil-baħar fil-bajja tal-Ġnejna wara li ngħataw il-kura.
F’attivita’ organizzata minn Nature Trust (Malta), attendew fost l-oħrajn il-Ministru tal-Ambjent Leo Brincat u l-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta Gina K Abercrombie-Winstanley.
Leo Brincat fakkar fl-importanza tal-konservazzjoni u l-ħarsien tan-natura u dwar l-importanza li titqajjem kuxjenza nazzjonali dwar dan kollu.
Filwaqt li sellem lill dawk li juru impenn biex iħarsu u jikkuraw fkieren tal-baħar ta’ dan it-tip, appella biex tissaħħaħ ir-riċerka ħalli titkabbar u tissaħħaħ l-konservazzjoni tagħhom.
Leo Brincat fakkar fl-obbligi legali għall-ħarsien ta’ dawn il-ħlejjaq, b’mod speċjali biex speċi simili ma jinqerdux.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo