Żewġt għasafar milquta b’tiri ta’ arma tan-nar lejn in-naħat tad-Delimara

Aktar kmieni dalgħodu, Birdlife Malta ġiet infurmata li ġew sparati xi tiri lejn żewġt għasafar, spoonbills fl-inħawi ta’ Delimara.  
Fl-aħħar jiem, fil-gżejjer Maltin dehru mal-40 għasfur ta’ dan it-tip. Dawn l-ispoonbills dehru fin-naħat ta’ Marsaskala, Delimara u lejn l-inħawi tal-Mellieħa.

Dalgħodu, żewġt għasafar minn dawn instabu bi ġrieħi kkawżati minn armi tan-nar.
L-għasafar taru lejn Malta biex jilqgħu mir-riħ qawwi li qed jagħmel f’dawn il-jiem.