Żewġt aħwa Rumeni l-Qorti fuq 31kg kannabis

Read in English.

Żewġt aħwa Rumeni ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti fuq akkużi ta’ importazzjoni ta’ madwar 31kg kannabis li nstabu moħbija f’qiegħ falz ta’ vann mal-wasla tiegħu minn Pozzallo. 

Cosmin Constantin Iousb ta’ 19-il sena u Bogdan Ionut ta’ 21 sena kienu mixlija li importaw f’Malta l-ħaxixa tal-kannabis u li kienu fil-pussess tad-droga li ma kinitx għall-użu personali tagħhom.

Huwa ġew arrestati lbieraħ filgħodu fil-Marsa u mressqa l-Qorti quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Mercieca u Justine Grech mentri l-Avukati Alfred Abela u Francois Dalli dehru għall-irġiel.