Żewġt aħwa jerġgħu jiltaqgħu wara bosta snin

Ritratt: The Fotografer

Fil-programm tal-lejla ta’ Araniissa se niltaqgħu ma’ Miriam li xtaqet li wara ħafna snin tlaqqa’ lir-raġel tagħha, li għandu kanċer, flimkien ma’ ħuħ li jinsab fl-Awstralja.  Iż-żewġt aħwa ilhom snin twal ma jiltaqgħu u għalhekk meta sema’ b’din l-istorja, Joseph Chetcuti beda jaħdem flimkien mat-tim tiegħi sabiex iż-żewġt aħwa jerġgħu jiltaqgħu.

Min jaf x’ferħ u emozzjoni se ngħixu llejla meta naraw waħda mill-aktar reunions  kommoveneti ta’ din l-14 il-edizzjoni tata’ Araniissa!

Illejla nsegwu wkoll l-istorja ta’ Marianne u t-tifla tagħha Annmarie. Marianne, minkejja l-età ta’ 52 sena, għaddiet minn ħafna u qalgħet fuq rasha tul ħajjitha kollha. Għaddiet minn bosta esperjenzi diffiċli fosthom żewġt itfal bi bżonnijiet speċjali bit-tifel illum raġel milqut mill-ispina bivida u għalhekk qiegħed fuq siġġu tar-roti.

Ritratt: The Fotografer

It-tifla tagħha AnnMarie għandha diżabilità. Marianne b’tant għożżha tieħu ħsiebha b’imħabba kbira.

Iżda x’għandha tant speċjali din l-istorja li se jkollha importanza speċjali għat-tim ta’ Araniissa? X’jagħmel din l-istorja tarġa żgħira ‘l fuq minn stejjer oħra?

Hija l-ħlewwa ta’ dawn iż-żewġt Maltin bħalna li minkejja li neqsin minn kollox tarhom dejjem jitbissmu u japprezzaw kull qatra li tagħmel magħhom. Tridu taraw kif laqgħu lil Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu meta niżlu Bugibba sabiex jagħtu s-sorpriża lil Marianne u l-Annmarie li ntagħżlu għall-programm Araniissa. Joseph innisfu kien bla kliem hekk kif Annmarie ma waqfitx tgħannqu u tbusu filwaqt li bi tbissima liema bħala bdiet tlissen “grazzi”.

Ritratt: The Fotografer

Tridu taraw il-ferħ ta’ AnnMarie meta, grazzi għall-qalb kbira tas-Sur Paul Gauci, telgħet fuq ħelikopter u marret mawra fuq Malta u l-madwar. Huma mumenti tant sbieħ u magiċi li ma tistax ħlief tgħożżhom daqs li kieku ilek taf lil Annmarie ħafna u ħafna snin. X’sorpriżi oħra hemm għal Marianne u Ann Marie?

U matul il-programm naraw it-trasformazzjoni ta’ Antonia Magro.

Ritratt: The Fotografer

Araniissa jixxandar illejla is-Sibt 21 ta’ Marzu fit-8.30pm fuq l-istazzjon One.