Jinżammu arrestati l-aħwa mixlija b’serq

Aġġornat 09:12 PM

Żewġt aħwa rġiel inżammu arrestati wara li ġew akkużati quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li wettqu ħames serqiet.

L-aħwa li huma tewmin għandhom 40 sena u huma minn Bormla. Is-serqiet allegatament seħħew bejn it-28 ta’ Diċembru u t-18 ta’ Jannar.

Iż-żewġt irġiel tressqul-Qorti u kienu akkużati b’żewġ hold-ups fiż-Żejtun, żewġ serqiet f’Ħal Tarxien u Raħal Ġdid, u serqa minn anzjani fiż-Żejtun.

Il-Pulizija spjegat li, l-arrest tal-aħwa sar fid-dawl tar-raġel ta’ 39 sena mill-Marsa li ġie arrestat matul tmiem il-ġimgħa minħabba sitt hold-ups.

L-aħwa wieġbu mhux ħatja bl-avukat tad-difiża ma talabx il-ħelsien mill-arrest. L-aħwa qed jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.