Żewġ żgħażagħ t’14-il sena akkużati bi qtil doppju

Fl-Ingilterra, żewġ żgħażagħ t’14-il sena kienu akkużati bil-qtil ta’ tifla u mara fi Spalding f’Lincolnshire.

Iż-żewġ vittmi għadhom ma kinux uffiċjalment identifikati, iżda l-Pulizija qalet li hu mifhum li huma Elizabeth Edwards ta’ 49 sena u bintha Katie, li għandha 13-il sena.

Il-katavru tagħhom instab f’dar f’Dawson Avenue fi Spalding, nhar il-Ġimgħa waranofsinhar.

Iż-żewġ żgħażagħ t’14-il sena mistennija jitressqu l-Qorti ta’ Lincoln Crown għada.