Żewġ żgħażagħ l-isptar wara inċident bil-mutur

Żewġ żagħżagħ iddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn vettura u mutur fi Vjal il-Labour in-Naxxar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet kemm lis-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 32 sena u anke lill-passiġġiera tiegħu, tfajla ta’ 26 sena, l-isptar.
Iż-żagħżugħ qed isofri ġrieħi gravi filwaqt li ż-żagħżugħa ġarbet ġrieħi ħfief.
Is-sewwieq tal-karozza, żagħżugħ ta’ 28 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.