Żewġ żgħażagħ l-isptar wara argument fix-Xewkija

Tfajla u ġuvni weġġgħu waqt argument fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.
L-argument seħħ għall-ħabta tat-2.45am u ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Jidher li waqt l-argument bejn dawn iż-żewġ żgħażagħ ma ntużawx armi.