Żewġ żgħażagħ arrestati wara serqa minn ħanut fil-Mosta

Żewġ żgħażagħ ġew arrestati ftit wara li nsterqu inqas minn €500 fi flus kontanti minn stabbiliment tal-logħob fil-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9.45pm fi Triq il-Kbira, meta raġel mgħammad daħal fil-ħanut u waqt li poġġa basket fuq il-bank, talab lill-impjegat ta’ 52 sena jagħtih il-flus.
L-arrestati għandhom 18 u 21 sena.
Mhux eskluż li l-ħalliel kien ukoll armat, u allegatament ikkarga oġġett u hedded lill-istess impjegat li kien se jweġġgħu jekk ma jagħtihx biżżejjed flus.
Iż-żewġ arrestati ġew identifikati għall-ħabta tal-kwarta ta’ dalgħodu wara aktar stħarriġ tal-Pulizija.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’inkjesta maġisterjali.