Żewġ żgħażagħ arrestati wara atti ta’ vandaliżmu

Żewġ żgħażagħ ġew arrestati wara li kienu kisru qasrija taċ-ċaqquf u aerials ta’ karozzi. Dan il-każ seħħ illum  għal ħabta tal-5.45 am, fi Triq il-Qbajjar f'Marsalforn.

Mgħejjuna minn resident, li għandha 63 sena, u li tat deskrizzjoni tas-suspettati, uffiċjali tal-pulizija mill-Iskwadra tal-mobile, lemħu u arrestaw iż-żgħażagħ għal aktar stħarriġ.