Żewġ żgħażagħ akkużati f’żewġ każijiet separati

Il-Pulizija tal-iskwadra kontra d-droga qed iżżomm taħt arrest żagħżugħ ta’ 28 sena minn Ħal Qormi residenti Ħaż Żebbuġ, akkużat bi traffikar tad-droga.

Jidher li hu kien arrestat dalgħodu waqt li kien fi triqtu lejn Ħal Qormi biex jittrafika d-droga. Wara li saret tfittxija instab li kellu fil-pussess tiegħu numru ta’ pakketti bid-droga kokaina.

Intant f’investigazzjoni separata, l-istess skwadra tal-Puliżija arrestat żagħżugħ ieħor ta’ 24 sena minn Birżebbuġa akkużat li kellu fuqu flus foloz.

It-tnejn li huma mistennija jitressqu l-qorti fil-jiem li ġejjin filwaqt li l-Pulizija għada għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.