​Żewġ xufiera l-isptar wara ħabta f’Ħal Farruġ

Żewġ xufiera kellhom jittieħdu l-isptar wara li ħabtu bil-karozza tagħhom fi Triq Ħal Farruġ, f’Ħal Farruġ.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:15pm.
Skont il-Pulizija, Iż-żewġ persuni ndarbu b'mod ħafif fl-inċident.