Żewġ xabbaturi jmutu fil-Highlands Skoċċiżi

Żewġ xabbaturi mietu waqt ħajk fil-Highlands Skoċċiżi.
Suspett dwar ix-xabbaturi tqanqal jumejn ilu tard waranofsinhar fl-inħawi ta’ Glencoe.
Immedjatament il-Pulizija u l-Gwardji tal-Kosta bdew it-tfittxija tagħhom għaż-żewġ xabbaturi, li qed jingħad li kienu rġiel.
Madanakollu huma nstabu mejta f’Stob Coire nam Beith iktar tard filgħaxija.
Matul tmiem il-ġimgħa li għadda kienu nħarġu twissijiet lin-nies tar-reġjun minħabba li kien hemm riskju kbir li jkun hemm valangi.