Read in English.
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 82 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fid-19 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjana ta’ 86 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
It-total ta’ vittmi tal-Covid-19 issa tela’ għal 203.
Illum ġew irreġistrati 70 każ ġdid tal-Covid-19 fil-gżejjer Maltin u fiequ 130 persuna.