Żewġ vetturi ta’ salvataġġ ġodda għas-St John Rescue Corps

Is-St John Rescue Corps żiedet il-flotta tagħha b’żewġ vetturi oħra ta’ salvataġġ li ngħataw mill-'Merseyside Fire and Rescue Service' (MF&RS).
Dawn il-vetturi ġodda se jkunu qed isaħħu l-kapaċità tar-Rescue Corps f’emerġenzi u anke servizzi fil-komunità.
Waħda mill-vetturi hija vann żgħir mgħammar biex jitfi n-nirien b’sistema ta’ compressed air foam system. Din sistema tikkontrolla n-nar permezz ta' foam.
Il-vettura l-oħra hija vann biex jintuża għat-trasport tal-voluntiera.
Matul dawn l-aħħar ghaxar snin, MF&RS assistit lir-Rescue Corp' b'għotjiet ta' apparat u anke numru ta'vetturi ta' salvaġġ li jinkludu trakkijiet tat-tifi tan-nar.
Il-voluntiera attendew ukoll bosta korsijiet ta' taħriġ fuq tifi tan-nar, missjonijiet ta’ salvataġġ u anke fuq il-baħar fl-akkademja ta’ MF&RS f'Liverpool l-Ingliterra.