Għall-ħabta tat-3:30 ta’ dalgħodu, żewġ vetturi ħadu n-nar waqt li kienu f’pompa tal-petrol fi Triq il-Mosta, f’San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.