​Żewġ vapuri tal-Mein Schiff bi cruises minn Malta fl-2019

Fl-2019 żewġ vapuri tal-flotta Mein Schiff se jkunu bbażati f’Malta u joperaw cruises ta’ tmint ijiem li jibdew u jispiċċaw f’Malta.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fuq wieħed mill-vapuri lussużi tal-Mein Schiff  fil-ġranet li għaddew mit-TUI cruises, flimkien mar-rappreżentanti tagħhom f’Malta Orange Travel.
Iż-żewġ vapuri se joperaw fuq tliet rotot differenti u għalhekk se jagħtu l-opportunità li wieħed ikollu għażla akbar fejn jieħu l-vaganza tiegħu. Ta’ interess partikolari huwa l-fatt li fost il-portijiet li se jżur il-Mein Schiff, hemm uħud li qatt ma kienu fuq id-diversi itenirarji li kellu l-Mein Schiff f’dawn l-aħħar tmien snin li ilhom joperaw minn Malta.
Fuq l-ewwel itenirarju nsibu l-portijiet ta’ Ajaċċio f’Korsika, Porto Torres f’Sardinja, Civitavecchia u Napli. L-ewwel cruise jitlaq minn Malta fis-7 ta’ April waqt li l-aħħar wieħed iħalli Malta fit-23 ta’ Settembru.
Fuq it-tieni rotta, il-Mein Schiff se jżur il-portijiet ta’ Heraklion fi Kreta, Santorini, Piraeus u Katanja bl-ewwel tluq minn Malta jkun l-14 ta’ April u l-aħħar wieħed fit-30 ta’ Settembru.
It-tielet rotta li fuqha se jopera l-Mein Schiff fl-2019 hija dik li tmur Chania fi Kreta,  Rodi, Mykonos fil-Greċja u Piraeus.
Il-kunċett li l-flotta Mein Schiff taħdem biha hija dik tal-Ultra All Inclusive, li tfisser li l-prezz li wieħed iħallas ikun ikopri l-ikel u x-xorb ta’ waqt il-cruise, l-użu ta’ spa, it-tips u s-service charges, it-taxxi kollha, l-excursions bil-gwidi tal-Port rispettiv u rappreżentant Malti.
Wieħed irid isemmi l-kwalità għolja u fina tal-cuisine offrut lill-passiġġieri li regolari qed jiġi kklassifikat fl-ewwel post tal-aqwa cuisine li wieħed isib fuq vapuri tat-turisti. Hemm ristoranti speċjalizzati tal-ħut, laħam u sushi kif ukoll ristorant li jibqa’ miftuħ 24 siegħa kuljum. Dan joffri ikel u snacks differenti f’ħinijiet differenti tal-ġurnata u lejl. Il-bars numerużi li hemm fuq il-vapuri tal-flotta Mein Schiff joffru l-aqwa cocktails tal-aħjar ditti u ingredjenti.
Hemm prezzijiet speċjali għal min jibbukkja sal-31 ta’ Lulju li jibdew minn €999 għal kabina doppja.