Żewġ uffiċjali tas-sigurtà jinqatlu f’tiri f’Michigan

Żewġ uffiċjali tas-sigurtà nqatlu fil-bini tal-Qorti f’Michigan, l-Amerka, wara li ħabsi spara xi tiri.
Waqt li kien qiegħed fil-Qorti huwa ħataf l-arma ta’ wieħed mill-uffiċjali u fetaħ in-nar.
Persuni li kienu fil-binja tal-Qorti ttieħdu f’żona mwarrba filwaqt li uffiċjali tas-sigurtà sparaw xi tiri lejn l-aggressur u qatluh.
Żewġ persuni ġarbu xi ġrieħi u ttieħdu l-isptar.