Żewġ tfajliet l-isptar wara li nqalbu bil-karozza f’Għawdex

Read in English.

Żewġ żgħażagħ ittieħdu l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li nqalbu bil-karozza għal ġo għalqa f’Għajnsielem. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Triq il-Qala f’Għajnsielem.

Jidher li tfajla ta’ 23 sena mill-Belt li kienet qed issur il-karozza tilfet il-kontroll u konsegwenza ta’ hekk il-karozza spiċċat f’għalqa daqs tliet filati taħt it-triq. Magħha bħala passiġġiera kellha tfajla oħra ta’ 22 sena mill-Gżira.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan l-inċident u qal li fuq il-post mal-ewwel issejħet ambulanza li ħadet liż-żgħażagħ l-isptar.