Żewġ tfajliet jidhru f’filmat wara 6 xhur nieqsa fis-Sirja

Żewġ nisa Taljani li kienu maħtufa fis-Sirja f’Lulju li għadda, dehru f’filmat lebsin ilbies Iżlamiku b’wiċċhom biss jidher.

Fil-ilmat li deher fuq il-mezzi soċjali dehru Greta Ramelli u Vanessa Marzullo. Waħda minnhom qiegħda taqra stqarrija bl-Ingliż u tinstema’ tgħid “Qiegħdin f’periklu kbir u nistgħu ninqatlu”.

Il-filmat kien iċċertifikat bħala awtentiku mis-sorsi fis-servizzi sigrieti Taljani.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fl-Italja irrifjuta li jikkumenta fuq dan il-filmat filwaqt li s-servizzi sigrieti Taljani qalu li dan hu mument delikat li jirrekjedi s-segretezza massima.