Żewġ terzi tal-ħaddiema u l-istudenti tal-Università jmorru bil-karozza

Aktar minn żewġ terzi tal-istudenti u tal-ħaddiema fl-Università ta’ Malta jagħżlu l-karozza biex immorru l-Università.
Studju kkummissjonat mill-Università ta’ Malta juri li terz biss minnhom ġieli jużaw tal-linja u 22% ġieli jmorru bil-pass.
Ir-riżultati juru wkoll li 3% jużaw il-mutur u 4% ir-rota.
L-istudju sar parti mill-konsorzju internazzjoanli li hu parti mill-programm tal-Unjoni Ewropea,bil-għan li titjieb il-mobiltà fl-Universitajiet tal-Mediterran.
L-Università ta’ Malta ilha mill-2010 taħden fuq pjan ta’ vvjaġġar aħdar (green travel plan).
Preżentament l-Università ta’ Malta għandha popolazzjoni ta’ 13,000 perunsa. L-art tal-Università tikkonsisti f’41,000 metru kweadru ta’ parkeġġ u 28,000 metru kwadru ta’ bini.