Żewġ Taljani l-Qorti wara li għajru uffiċjali tal-pulizija

Żewġt irġiel Taljani ammettew fil-Qorti li għajru uffiċjali tal-pulizija.

Francesco Nanni ta’ 32 sena u Michele Stefanelli ta’ 26 sena kienu arrestati wara li saret telefonata anonima lill-għassa tal-pulizija fil-lokalità dwar storbju f’post ta’ divertiment f’San Ġiljan.
Meta waslu fuq il-post, it-Taljani bdew jużaw linwaġġ mhux xieraq.

It-Taljani wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, fosthom li kisru l-ordni pubblika u li użaw kliem vulgari fil-pubbliku. Huma skużaw lilhom infushom mal-pulizija.

Mistoqsija mill-Maġistrat jekk iż-żewġ irġiel heddu jew użaw vjolenza mal-pulizija, l-Ispettur Jason Sultana kkonferma li le.

Huma ngħataw il-libertà b’kundizzjoni imposti fuqhom għal tliet snin u ġew mmultati €100 kull wieħed.

.