Koppja tittieħed l-isptar wara ħabta b’mutur

Żewġ Taljani kienu involuti f’inċident tat-traffiku qrib ir-roundabout tal-Kappara għal ħabta tas-6.15pm.
Is-sewwieq ta’ 30 sena kien qed isuq mutur meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u skiddja.
Miegħu kien hemm mara ta’ 28 sena.
Huma ttieħdu Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa. 

Ritratt: The Malta Police Force