Żewġ supporters tal-futbol Maltin arrestati fi Spanja – South End Core

Policía Nacional

Read in English.

Żewġ supporters tal-futbol Maltin ġew arrestati fi Spanja skont il-klabb tas-supporters tat-tim nazzjonali South End Core.

Fuq Facebook, is-South End Core qal li siegħa qabel ma bdiet il-logħba, is-supporters ġew trattati “ta’ ħabsin u nies tar-raba’ dinja”. Intqal ukoll li kien hemm “riġment pulizija għal 104 persuni Maltin”.

Il-logħba kienet bejn Malta u Spanja fil-kampjonat tal-UEFA EURO 2020.

Is-South End Core qal li ġew konfiskati l-bnadar u tnabar tagħhom. Intqal ukoll li ġiet konfiskata pushchair ta’ tifla li kien hemm permess għaliha.

Skont South End Core, is-supporters applikaw għall-permessi kollha mal-UEFA u mal-assoċjazzjoni Spanjola.

Il-klabb imbagħad infexx jattakka lill-Ispanjoli li ddeskrivihom bħala “ħmieġ” u “bla rispett”.

Allegatament ġew arrestati żewġ persuni għax pruvaw “ikelmuhom u jispjegawlhom”.

Is-South End Core appella lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) biex tieħu nota ta’ dak li ġara. “Din l-aħħar darba li ħa nitilgħu jekk mintomx se tieħdu azzjoni fuq il-ħaġa,” qal is-South End Core.

Il vjagg taghna ghal Spanja jibda hawn 🇲🇹✈️🇪🇸FORZA MALTA 🇲🇹❤️

Posted by South End Core on Tuesday, November 12, 2019