Żewġ staġuni oħra ta’ Division 7

Ritratt: Facebook

Bosta sensiliet se jkunu qed jirritornaw fuq l-iskrins tat-televiżjoni f’inqas minn sitt ġimgħat oħra, hekk kif l-istazzjonijiet lokali jniedu l-iskedi tagħhom għall-ħarifa u x-xitwa.

Id-drama tibqa’ l-ġeneru l-aktar popolari fost il-Maltin u l-Għawdxin u dan joħroġ biċ-ċar anki mill-istħarriġ li tagħmel l-Awtorità tax-Xandir.

Fost is-sensiliet li se jirritornaw insibu Division 7 li tixxandar fuq l-istazzjon ONE.

Minn din is-sensiela għandna nistennew żewġ staġuni oħra, is-seba’ u t-tmienja, li qed jiġu diġà deskritti bħala possibilment l-aktar staġuni b’saħħithom li se jkunu ntwerew s’issa.

X’se jkun id-destin ta’ Julia? Washak se jirnexxielu jwettaq il-pjan tiegħu? Samira se ssalva wara li fl-aħħar puntata ntilfet minn sensiha?

Bi produzzjoni ta’ DBA Entertainment, Division 7 se tasal lura mill-Erbgħa 2 ta’ Ottubru u minnha hemm 12-il puntata li għandhom iwasslu sat-18 ta’ Diċembru.

It-tmien staġun imbagħad jissokta, dejjem fuq l-istess stazzjon, mill-Erbgħa 18 ta’ Marzu, u għandu jkun hemm tmien puntata oħra.

Għal dan l-istaġun televiżiv ġdid, DBA Entertainment qed iżidu fil-produzzjonijiet li se jkunu qed jippreżentaw, u fil-fatt minbarra Division 7, hemm żewġ programmi oħra.

Game Over se jixxandar mill-Erbgħa 8 ta’ Jannar u fih 10 puntati filwaqt li r-raba’ u l-aħħar produzzjoni tagħhom għal dan l-istaġun se jkun hemm l-ewwel staġun ta’ Alla Magħna. Dan mistenni li jibda mit-13 ta’ Mejju, u hemm skedati seba’ puntati.

AQRA: Ritratti: Wara Manwela, drama televiżiva ġdida minn Rewind Productions

AQRA: Filmat: Sitt ġimgħat oħra jkompli L-Għarusa

AQRA: Filmat: Ikompli l-ġbid fuq id-drama televiżiva Iż-Żagħka

AQRA: Filmat: Jibda l-ġbid ta’ Elf Metodu; Serje televiżiva ġdida minn Ottubru

AQRA: Filmat: Jibda l-ġbid fuq it-tieni staġun ta’ L-Għoġol tad-Deheb