​Żewġ skemi oħra ta’ finanzjament għall-għaqdiet taż-żgħażagħ

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-presidenza reċenti ta’ Malta tal-Kunsill tal-UE wasslet għal għadd ta’ żviluppi importanti fil-promozzjoni tal-paċi u s-solidarjetà.
Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ, tnedew żewġ skemi ta’ finanzjament A4U u BeActive għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.
Clifton Grima sostna li x-xogħol taż-żgħażagħ għandu rwol importanti fil-bini tal-paċi u fil-promozzjoni tas-solidarjetà.
Semma kif hemm 33 proġett li qed jiġu żviluppati permezz tal-appoġġ finanzjarju pprovdut miż-żewġ skemi matul din is-sena.
Qal li l-proġetti jvarjaw fin-natura minn restawr strutturali sa żvilupp ta’ siti elettroniċi.
Ritratt: DOI – Reuben Piscopo