​Żewġ skemi biex iżidu l-konferenzi organizzati f’Malta

Bejn is-sena d-dieħla u l-2020, Conventions Malta se tkun qed tniedi żewġ skemi bil-għan li tattira lejn Malta numru akbar ta’ konferenzi organizzati minn assoċjazzjonijiet.
Skema minnhom hija immirata għall-kumpaniji lokali u tinkludi finanzjament sa €6,500 fosthom titjriet għal min ikollu bżonn jivvjaġġa biex jiġi Malta għal xi konferenza.
L-iskema l-oħra hija immirata lejn l-assoċjazzjonijiet internazzjonali li m’għandhomx rappreżentanza hawn Malta u li jridu jorganizzaw laqgħat f’Malta. L-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu l-MTA qalet li se jingħata sussidju ta’ €25 għal kull parteċipant sa massimu ta’ €12,500.
Conventions Malta hija parti mill-MTA.