Żewġ sewwieqa Maltin tal-karting jimpressjonaw fi Sqallija

Iktar suċċessi għas-sewwieq Malti tal-karting Nicky Gauci ta’ 16-il sena meta rebaħ tellieqa fi Sqallija nhar il-Ħadd li għadda.
Huwa kiseb ħin ta’ 49.35 sekondi fejn kien segwit minn sewwieq Malti ieħor Kyle Mercieca, li għandu wkoll 16-il sena li spiċċa fit-tieni post.
Nicky Gauci issa se jieħu sehem f’tellieqa oħra ta’ karting f’Ispica fi Sqallija li se ssir fl-10 ta’ Settembru li ġej.
Ritratt: Facebook