Żewġ Serbi lliberati mill-akkuża li serqu fliexken tax-xorb

Żewġ Serbi, wieħed ta’ 27 sena u ieħor ta’ 30 sena ġew illiberati mill-akkużi li serqu flixken tax-xorb.
Il-barranin tressqu l-Qorti dalgħodu wara li kienu akkużati li ftit jiem ilu serqu sitt flixken tax-xorb minn ħanut tal-ħelu fil-Pietà.
Fil-Qorti xehdu sid il-ħanut u ħuħ li spjegaw li dakinhar tas-serqa tliet barranin daħlu l-ħanut. Ix-xhieda qalu li wieħed minnhom seraq kaxxa flixken żgħar tal-vodka.
Meta ndunaw bis-serqa, u wara li raw il-filmat fuq il-kameras tas-sigurtà, is-sidien ċemplu lill-Pulizija.
Min-naħa tagħhom, iż-żewġ akkużati qalu li dakinhar kienu xogħol f’xogħol ta’ kostruzzjoni f’Birkirkara.
Il-Maġistrat saħaq li mill-filmat, iż-żewġ akkużati ma jidhrux sewwa u għalhekk hemm dubju jekk kienux huma li wettqu s-serqa.