Żewġ sejbiet suspettużi fil-ħabs

​Internet key u trab suspettuż instabu f’locker ta’ priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Se jittieħdu passi fil-konfront tal-priġunier u se tinfetaħ ukoll inkjesta.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Sigurtà qal li waqt it-tfittxijiet intensivi li saru f'żewġ diviżjonijiet tal-ħabs mill-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, ma nstab l-ebda mowbajl u l-ebda xorb alkoħoliku.
Żied jgħid li tfittxijiet simili se jkomplu jsiru b’mod regolari mill-uffiċjali tal-faċilità.
Il-Ministru Farrugia temm jgħid li se jkompli jaħdem sabiex jeqred għal kollox is-sustanzi illegali, l-oġġetti projbiti u l-abbużi mill-faċilità.