Żewġ Rumeni ħatja li kienu qed jittallbu b’mod falz

Żewġ tallaba mir-Rumanija ngħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiża għal sentejn, wara li nstabu ħatja li kienu qed jittallbu b’mod falz.

Iż-żewġ tfajliet, waħda minnhom ta’ 18-il sena u l-oħra ta’ 26 sena, marru l-Isptar Mater Dei u jqassmu xi karti b’ritratt ta’ tarbija ta’ disa’ xhur. Fuq il-karta kien hemm miktub li t-tarbija, li jisimha Isabella u tiġi it-tifla ta’ waħda min-nisa, għandha tumur u għandha bżonn li ssirilha operazzjoni ta’ malajr.

Fuq il-karta kien hemm imniżżel ukoll li n-nisa għandhom biss kopja waħda tal-karta imma fil-verità fil-Qorti rriżulta li dawn kienu jqassmu minn tal-inqas 29 kopja.