“Żewġ pulizija għenu qattusa taqsam triq traffikuża” – Moira

Moira Delia
Moira Delia

Il-preżentatriċi Moira Delia, li hija wkoll attivista għad-drittijiet tal-annimali, fl-aħħar ġranet faħħret il-ġest ta’ żewġ pulizija li kienu miexja fit-toroq ta’ San Ġiljan.

Il-preżentatriċi tal-programm Animal Diaries qalet li dawn innutaw qattusa f’paniku tipprova taqsam triq traffikuża ħafna! Spjegat kif dawn mxew bil-mod wara l-qattusa billi żammew għajnejhom fuqha, u għenuha taqsam it-triq!

“Wieħed minnhom kien se jwaqqaf karozza wkoll!” kompliet tgħid Moira Delia li rrakkuntat kif l-istorja spiċat b’wiċċ il-ġid hekk kif il-qattusa setgħet tmur fil-ġnien fejn feeders bħalha iħallulhom l-ikel.

Moira Delia rringrazzjat liż-żewġ uffiċjali tal-Pulizija għall-azzjoni f’waqta tagħhom.

Little things that make me happy 😊Just now two police officers walking through the streets of St Julian's (Btw, Thank…

Posted by Moira Delia on Tuesday, January 12, 2021

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn